Dun Karm Psaila jagħlaq b’emozzjoni pożittiva hekk kif għalih il-baħar kalm huwa għajn ta’ ispirazzjoni. Il-baħar ippersonifikat ma’ tfajjel innoċenti fejn jilgħab hekk kif il-mewġ ħelu jitkaxkar mar-ramel. Iċ-ċafċifa tal-baħar hija dejjiema bħalma l-għanja ta’ Psaila tibqa’ tinqara mill-qarrejja.
L-istudent isir midħla ta’ għadd ta’ mistoqsijiet fl-Ewwel Taqsima tal-Karta taċ-ĊES. L-apostrofi fejn il-poeta nazzjonali jindirizza lill-baħar fejn jagħtih l-ħajja u jixxennaq għalih għax huwa immortali f’relazzjoni dejjiema. Il-baħar ippersonifikat iġarrab l-imħabba f’kuntatt max-xtjata.
L-istudent isir familjari ma’ għadd ta’ mistoqsijiet minn Karta taċ-ĊES. Dun Karm Psaila jagħmel użu mill-metafora tas-sikka bi qbil maż-żmien li jkemmex wiċċ l-uman bħala simbolu tax-xjuħija. In-nostalġija fil-versi tkompli turi kemm iż-żmien jgħaddi u jieħu kontroll ta’ kollox barra fuq il-baħar. Psaila jirrifletti fuq […]
Dun Karm Psaila jqabbel iż-żmien ma’ lima fejn kull barxa tħalli effett fuq l-aktar saff iebes: iż-żonqor. Ir-referenza għall-Alpi ssir bl-iskop li wieħed jagħraf kemm iż-żmien għandu kontroll ta’ kollox iżda mhux fuq il-baħar.
Ir-raħlin kienu nies intelliġenti fejn matul iż-żmien osservaw it-tattiċi tal-politikanti fejn jitħabbu, jikkonvinċu, jimmanipulaw l-imħuħ bil-wegħdi u jinsewhom kif jitilgħu eletti. Iżda issa l-istess raħlin saru l-aqwa politikanti fejn jakkwistaw kulma jeħtieġu qabel iwiegħdu l-vot lil xi ħadd.
Wiċċ il-bniedem, wiċċ il-balluta u wiċċ l-Alpi huma lkoll affettwati miż-żmien iżda mill-ħames strofa sat-tmiem, il-poeta jispjega kif il-baħar huwa ż-żagħżugħ ta’ dejjem. Il-personifikazzjoni tal-baħar tenfasizza l-aspett respiratorju u l-polz iħabbat bla heda. Ir-relazzjoni ta’ imħabba dejjiema li għandu fil-kuntatt tiegħu mal-art.
Is-Sur Tonin ma kienx maqtugħ għall-politika u d-diskors tiegħu kompla jikxfu kemm mhuwiex aġġornat. Il-Partit stess kellu bżonnu biex jgħinhom finanzjarjament filwaqt li l-votanti setgħu jinqdew faċilment. L-istess klikka madwar il-protagonist tisirqu sfaċċatament.
Dun Karm Psaila jispjega s-saħħa straordinarja tal-baħar fejn il-kurrenti tiegħu jkunu ta’ theddida għal min ikun qiegħed jivvjaġġa. Il-poeta jinħakem minn sentimenti negattivi b’riflessjoni lejn ir-rakkonti ta’ missieru li kien baħħar u kien iħoss l-assenza tiegħu f’ħajtu.
Laurence Mizzi jippreżenta karattru li jħobb l-attenzjoni u kulma jagħmel kien għal wiċċ in-nies. Dawn tal-aħħar ħadu kull opportunità biex japprofittaw irwieħhom u taw tama falza lill-protagonist, li emmen bis-sħiħ li kien se jirbaħ l-elezzjoni bil-kbir. Narrattiva li tesponi lil kulħadd għatxan jipprova jakkwista kemm […]
Laurence Mizzi jittratta diversi argumenti fin-novella tiegħu; Il-kunfidenza u aspettattivi kbar iżżejjed iwasslu għal diżappunt meta r-riżultat ma jkunx kif mixtieq. Il-politiku għandu l-għan li jservi u jtejjeb il-qagħda tan-nies u mhux jinqeda bihom. Novella li tikxef kif is-soċjetà xebgħet mill-attitudni tal-politikanti u qegħdin jaġixxu […]