Li l-istudenti jispjegaw ir-rwol u l-importanza ta’ gruppi ta’ pressjoni, billi jagħtu eżempji mis-soċjeta’ Maltija u internazzjonali, janalizzaw ir-rwol tal-partiti politiċi f’soċjeta’ demokratika u jiddiskutu u janalizzaw kif titħaddem is-sistema parlamentari f’pajjiżna.
Li l-istudenti japplikaw it-teorija politika għal sitwazzjonijiet reali biex juru kif huma, bħala żgħażagħ, jista’ jkollhom sehem attiv fil-politika ta’ pajjiżhom.
Li l-istudenti juru xi tfisser ekonomija u jispjegaw li qabel l-Indipendenza ta’ Malta ix-xogħol ta’ bosta Maltin kien relatat mal-fatt li Malta kienet fortizza Ingliża u kif żviluppat għal ekonomija diversifikata. Janalizzaw x’kienu l-effetti li ġabet ir-rundown tas-servizzi Ingliżi.
Li l-istudenti jispjegaw min huma l-imsieħba soċjali u kif dawn jikkontribwixxu biex ikun hemm ambjent aħjar u esperjenzi aktar pożittivi fuq il-post tax-xogħol.