Il-letteratura hija mera tar-realtà u Ġorġ Borg fil-poeżija ‘Passaġġi’ jkun dirett dwar l-għażliet u l-opportunijiet li wieħed jiltaqa’ magħhom matul il-vjaġġ uman. Il-vjaġġ li jibda mit-twelid u jkompli lejn iż-żgħożija. Żewġ stadji tal-ħajja li huma kruċjali fid-deċiżjonijiet li jittieħdu. Borg iġib lill-qarrej konxju biex jieħu […]
Ġorġ Borg ikompli l-versi poetiċi tiegħu b’ħarsa lejn l-adultà u x-xjuħija fil-poeżija ‘Passaġġi’. Żewġ stadji tal-ħajja li mhumiex faċli u jiddependu fuq l-individwu kemm ikun kapaċi jibqa’ sod quddiem l-intoppi tal-ħajja. Il-bniedem li ma għandux jorbot ħajtu ma din id-dinja iżda jemmen fis-sħiħ fil-ħajja eterna. […]
Il-letteratura tiġi msawra minn stili differenti iżda l-poeti jsawruhom fil-versi tagħhom b’tali mod li jħallu effett fuq il-qarrej. Ġorġ Borg fil-poeżija ‘Passaġġi’ inissel sentimenti riflessivi fil-qarrej. Jagħġen id-deskrizzjoni man-narrattiva sabiex jispjega l-vjaġġ uman. In-notamenti u l-eżerċizzji għandhom jgħinu lill-istudenti fil-fehim tal-ħsieb tal-poeżija bl-għan li japplikaha […]
Niltaqgħu ma’ versi ispirati mix-xjenza minħabba li l-awtriċi Rena Balzan hija xjentista. Taqsam mal-qarrej dettalji speċifiċi li ġġiegħlu jaħseb fil-fond. Fil-letteratura d-dawl jissimbolizza ispirazzjoni u hawnhekk Balzan tigglorifika lix-xemx għax iddawwal il-lejl. Poeżija interessanti fejn tagħti ħarsa lejn satelità li forsi ma konniex nafu daqstant […]
Rena Balzan tħares lejn il-qamar kwinta mingħajr fatti xjentifiċi u tarah mill-isbaħ. Sbuħija deskritta fil-versi tagħha fejn id-dawl jispiraha u tkompli tikteb versi mill-isbaħ.
Bl-użu tas-simboliżmu, il-poeta Rużar Briffa jitfa’ ħsibijietu u ħarstu fuq il-ħajja mgħaġġla tal-bniedem fis-Seklu 20. Jinħass distakkat minnhom għaliex għex fi żmien ieħor u ma jħossx l-ebda rimors għall-mod kif żviluppat ħajtu.
Rużar Briffa jintasab fl-ambjent naturali u jitwaħħad ma’ ħarruba. Jagħtini deskrizzjoni ta’ ħajjet il-ħarruba b’simboliżmu ma’ ħajtu. Ħajja iebsa minħabba ostakli li ġie wiċċ imb wiċċ magħhom għal għarrieda.
Referenza Għall-Kuntest (2016) – It-titlu Latin jistaqsi fejn twassal il-ħajja li qed jgħix l-uman tal-lum. Mixja materjalistika/konsumerista li twarrab il-valuri. Il-poeta jinħakem minn solitudni għax hu differenti mill-kumplament tan-nies. Il-versi ħielsa jħalli lil Briffa jesprimi l-frustrazzjoni b’libertà dwar il-ħajja umana. (2017) – Il-mixja hija mqabbla […]
Komponiment Letterarju (2019/2017) – Rużar Briffa jirrifletti dwar il-ħajja umana kif hija aljenata bl-akkwisti materjali u tilfet kull sens ta’ valur. Miktuba minn pinna ta’ poeta mimli esperjenza jinsab mifxul kif il-bniedem spiċċa skjav tax-xogħol u tilef kull kontroll ta’ libertà f’ħajtu. Ir-riflessjoni ssir b’għadd […]
Referenza għall-Kuntest (2018) – Il-ħolm tar-Refuġjata hu biss xewqa għal futur aħjar iżda dan imur lil hinn mir-realtà li qiegħda tgħix u x’jista’ jseħħ fl-immedjat. Il-paċi fost l-interrogatorji, it-torturi u l-massakri diffiċli sseħħ fejn il-vjolenza qiegħda tisraq il-ħajja ta’ ħafna nies innoċenti. Komponiment Letterarju (2019) […]