Miktub minn Anton Falzon Illustrat minn Zvetlana Magro Pubblikatur: Horizons f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu F’dan il-ktieb insiru nafu min jagħlaq żmienu xahar, xahar. In-nanna Mar u n-nannu Karm jiftakru fin-neputijiet tagħhom u jixtrulhom rigal kull wieħed. U z-zija Manann kif tgħin lit-tfal jagħtu sorpriża lin-nanna […]
Miktub minn Jolene Calleja Illustrat minn Jennifer Ben Saad Pubblikatur: BDL Publishers f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu Rokku r-robot jitkellem dwar l-avventuri li jgħaddi minnhom flimkien ma’ sħabu matul is-sena. Kull sena tkun speċjali, iżda din is-sena ġrat xi ħaġa li qatt ma kienu qegħdin jistennewha. […]
Miktub minn Anabelle Warrington u Margaret Azzopardi Illustrat minn Daniela Cutajar Pubblikatur: Horizons f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Sponża tieħu l-ħajja u tgħidilna kif tqatta’ ġurnata tipika mal-ħabib tal-qalb tagħha. Fid-dar tgħix familja ta’ ħamsa u xi ħin jew ieħor kull membru jiltaqa’ mal-isponża. Imma Sponżinella […]
Miktub minn Marie-Claude Xerri Pubblikatur: Offset Press Ltd f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu Tifla ċkejkna teħodna lura għall-ġrajja tat-twelid ta’ Ġesu’ Bambin. Nimxu pass pass tul dak il-lejl u filwaqt li nħarsu mil-lenti tat-tifla, niskopru l-emozzjonijiet u x-xewqat tagħha.
Miktub minn Stephen Said Illustrated by Fleur Sciortino Pubblikatur: BDL Publishers f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu Dawwar idejn l-arloġġ biex timmarka l-ħin tal-ġurnata. Ideali għat-tfal iż-żgħar biex jitgħallmu l-kunċett tal-ħin, anke dak diġitali.
Miktub minn Mark Zammit Illustrat minn Ruth Cilia Pubblikatur: Klabb Kotba Maltin f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Żuża ż-Żebra tgħix fis-savanna mal-ħbieb tagħha. Dejjem moħħha biex titkixxef fuq kulħadd. Żuża hija l-aktar żebra kurjuża tas-savanna. Iżda darba l-ħbieb tagħha riedu jagħtuha tagħlima. Aqta’ x’għamlulha!
Miktub minn Maria Attard Illustrat minn Janet Vella Pubblikatur: Klabb Kotba Maltin f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu Kulħadd kien qed iħejji għall-Milied. In-nanna bdiet issajjar il-ħelu, Katrin, Martin u Filippa marru l-purċissjoni tal-Bambin, l-anġli bdew ikantaw u l-istilel bdew jiddu. Is-sħaba l-imqarba wkoll bdiet tħejji ruħha, […]
Miktub minn Sharon Camilleri Magro Illustrat: BDL Pubblikatur: BDL Publishing f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu Jiena l-kometa Halley. Mill-bogħod, fid-dlamijiet tal-univers, ix-xemx qisha farka ta’ djamant. Qatt ma bsart xi ġmiel ta’pjaneti hemm iduru magħha. Mela għax ma tiġux miegħi f’din l-avventura u niskopruhom flimkien?
Miktub minn Miriam Schembri Illustrat minn Miriam Schembri Pubblikatur: Merlin Publishers Limited f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Kieku kelli għaġina tal-kulur, x’kont nagħmel biha? L-abċ u l-għaġina tal-kulur iħajjar lit-tfal jilagħbu b’għaġina tal-kulur u jiffurmaw l-ittri tal-alfabett u oġġetti li l-ewwel ħoss tal-kelma li tirrappreżentahom jaqbel […]
Miktub minn Terrie Muscat Illustrat minn Sue Flask Pubblikatur: Klabb Kotba Maltin f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu Ġo wied ċkejken kien jgħix għasfur kannella b’sidru aħmar jismu Pizu. Ta’ spiss kien jibda jgħanni biex ikeċċi lill-għasafar minn ħdejn is-siġra tiegħu għax riedha għalih biss. Imma ġurnata […]