Kitba ta’ Ana Oom u llustrat minn Pedro Benvindo. Addattat għall-Malti minn Noel Tanti. Ħarsetta: Ġanni huwa tifel b’sigriet speċjali: il-ħabib tiegħu Żgorg, li jgħix fi tpinġija li għandu f’kamartu. Meta jħossu mxebba’ jew imdejjaq, Ġanni jgħaddi minn ġo din it-tpinġija u jmur fuq il-pjaneta Żorik fejn ikollu avventuri spettakolari. Fid-dinja ta’ Żgorg, l-immaġinazzjoni m’għandhiex limitu. Meta t-tpinġija ta’ fuq il-ħajt tieħu l-ħajja, Ġanni jsib ruħu fuq il-pjaneta oħra. U min huma dawk il-kreaturi, uħud ċkejknin u wħud enormi? Tgħid se jilgħab tajjeb jew se jaqa’ għaċ-ċajt? Ingħaqad ma’ Ġanni u Żgorg għal din il-logħba futbol li żgur qatt ma rajt bħalha!