Fil-lingwa Maltija nsibu kliem bl-istess konsonanti. Ninnutaw kif hemm rabta bejn it-tifsira ta’ dan il-kliem. F’din il-lezzjoni se nqabblu diversi kelmiet li fihom l-istess konsonanti u wara, se neliminaw il-kelma li ma taqbilx mal-kumplament billi nidentifikaw il-konsonanti li huma l-istess f’kull sett ta’ kliem.