Miktub minn Stephen Lughermo Illustrat minn Sue Flask Pubblikatur: Horizons f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu Liam kien iġġieled ma’ sħabu tal-futbol. Kien irrabjat u ma ried jaf b’ħadd. Waqt li kien waħdu ħdejn il-baħar, mal-mewġ wasallu messaġġ fi flixkun. X’kien hemm miktub fil-messaġġ? Min kitbu? U għaliex dakinhar l-aħbarijiet kienu kollha dwar il-Funtana tat-Tritoni?