Miktub minn Anabelle Warrington u Margaret Azzopardi Illustrat minn Daniela Cutajar Pubblikatur: Horizons f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Sponża tieħu l-ħajja u tgħidilna kif tqatta’ ġurnata tipika mal-ħabib tal-qalb tagħha. Fid-dar tgħix familja ta’ ħamsa u xi ħin jew ieħor kull membru jiltaqa’ mal-isponża. Imma Sponżinella kollha tieħu gost bihom kif tarahom? Segwi l-istorja biex tkun taf dwar l-avventuri ta’ dawn iż-żewġt iħbieb.