Miktub minn Jolene Calleja Illustrat minn Jennifer Ben Saad Pubblikatur: BDL Publishers f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu Rokku r-robot jitkellem dwar l-avventuri li jgħaddi minnhom flimkien ma’ sħabu matul is-sena. Kull sena tkun speċjali, iżda din is-sena ġrat xi ħaġa li qatt ma kienu qegħdin jistennewha. X’ġara? Rokku u sħabu ġugarelli bħall-oħrajn? Xi jħobbu? Min dejjem igerger? Fejn joqogħdu? X’se jiġri mill-ħabiba ta’ Rokku?