Awtur: Carmel G. Cauchi Illustratur: Frank Schembri Pubblikatur: Merlin Publishers Deskrizzjoni: F’din in-novella niltaqgħu mill-ġdid ma’ Mastru Gerfex, ix-xiħ pensjonant li jgħix Ħal-Busbies ma’ martu Lugrezja. Fi żmien li sseħħ l-istorja tagħna ma kienx hawn arloġġi tal-isport u Mastru Gerfex ta parir tassew uniku lis-Sinjura Peżanti biex iżżomm il-ħin meta tmur ġoging. Fl-attivita’ ta’ wara l-qari se nistqsu mistoqsijiet biex niżviluppaw aktar il-karattru tas-Sinjura Peżanti, li fl-istorja ma tingħatax leħen.