Miktub minn Marika Vella Montebello u Charmaine Bartolo Illustrat minn Elaine Camilleri Pubblikatur: Klabb Kotba Maltin f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu Din l-istorja hija kontinwazzjoni tal-istorja ‘Żaqqinu jagħżel x’jiekol’. F’dan il-ktieb ser niltaqgħu ma’ Pinu li kien xadin dejjem waħdu għax ma kellux ħbieb. Għaliex Pinu qatt m’għamel ħbieb? Żaqqinu s-serp u Belinda l-kokka għenu lil Pinu jibdel ħajtu u jagħmel ħbieb mal-annimali tal-foresta. Dan il-ktieb hu mmirat għal tfal ta’ bejn is-sitta u t-tmien snin, bi kliem Malti ħafif u sempliċi u b’tagħlima siewja għall-ħajja ta’ kuljum.