Storja meħuda mill-ktieb ‘Lellux u Peprin’ Miktub minn Carmel G. Cauchi Illustrat minn Luca Azzopardi Pubblikatur: Horizons f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu Fil-ktieb ‘Lellux u Peprin’ it-tfal jieħdu gost jaqraw erba’ stejjer sbieħ. F’dawn l-istejjer se jiltaqgħu ma’: -Kannestru Frott li ħoloq diskussjoni sħiħa fuq il-mejda tal-kamra tal-ikel -Kyle li la kien iħobb il-fjuri u lanqas il-friefet u n-naħal -Miriam li kellha tagħżel ġeru minn fost erba’ ġriewi oħra -Xula u Buxu ħbieb li sabu mod kif jgħinu lil xulxin Minbarra dawn l-istejjer il-ktieb jiġbor fih ukoll erba’ poeżiji ħelwin, miktubin apposta għat-tfal. L-istejjer u l-poeżiji huma miktuba b’Malti ħafif u stil mexxej li jagħtu gost lit-tfal.