Miktub minn Helena Harastová, addattat għall-Malti minn Dwayne Ellul Illustrat minn Jakub Cenkl Pubblikatur: Merlin Publisher Limited f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu Għandek idea kif tidher il-pjaneta tiegħek mill-għoli? Globu blu bl-abjad bl-inħawi abitati mniġġsa, ilma inkwinat, irqajja’ ta’ żejt fil-baħar, artijiet maħtufa mill-ispekulaturi, foresti qodma jaqbdu … Malli l-ekstraterrestri Gwi Do ra did-dehra orribbli, qabad il-vettura spazjali tiegħu u beda jterraq fl-ispazju sa ma wasal fid-dinja bil-għan li jsalvaha. Int u hu, flimkien se terħulha madwar l-erbat irjieħ tal-pjaneta biex issewwu l-ħsara li għamlulha l-umani. Se ssaffu l-arja u x-xmajjar, tagħtu r-ruħ lill-ħamrija, issalvaw l-eqdem foresti u titgħallmu tirriċiklaw l-iskart. Dan il-ktieb eċitanti u mimli avventuri se jdawrek mad-dinja ambjentali. Il-futur tad-dinja f’idejk — minnek jiddependi tintemmx jew tibqax teżisti.