Miktub minn Liz Mallia, addattat għall-Malti minn Miriam Schembri Illustrat minn Peter Magro Pubblikatur: Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu Inżidu aktar l-għarfien dwar il-wirt kulturali lokali permezz ta’ komik – modijiet innovattivi għat-tfal biex jitgħallmu dwar l-istorja ta’ Ħal Għaxaq! In-Nannu Salv imur lura fiż-żmien fejn kienet qed tinbena l-knisja, jittratta d-dar tal-bebbux, u kif ukoll it-tieni gwerra dinjija.