Miktub minn Mark Zammit Illustrat minn Ruth Cilia Pubblikatur: Merlin Publishers Limited f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu Luċjan huwa qattus speċjali. Iħobb jiekol biss il-frott u l-ħaxix. Luċjan huwa veġetarjan. Il-qtates l-oħra ma jilagħbux miegħu għax ma jikolx laħam. Tgħid Luċjan jirnexxilu jagħmel ħbieb ġodda?