Dun Karm Psaila jispjega s-saħħa straordinarja tal-baħar fejn il-kurrenti tiegħu jkunu ta’ theddida għal min ikun qiegħed jivvjaġġa. Il-poeta jinħakem minn sentimenti negattivi b’riflessjoni lejn ir-rakkonti ta’ missieru li kien baħħar u kien iħoss l-assenza tiegħu f’ħajtu.