Wiċċ il-bniedem, wiċċ il-balluta u wiċċ l-Alpi huma lkoll affettwati miż-żmien iżda mill-ħames strofa sat-tmiem, il-poeta jispjega kif il-baħar huwa ż-żagħżugħ ta’ dejjem. Il-personifikazzjoni tal-baħar tenfasizza l-aspett respiratorju u l-polz iħabbat bla heda. Ir-relazzjoni ta’ imħabba dejjiema li għandu fil-kuntatt tiegħu mal-art.