Tmiem il-kampanja elettorali ħalla lis-Sur Tonin u dawk ta’ madwaru f’diżappunt enormi fejn l-aspettattivi kienu kbar iżda l-voti kienu żgħar. Ir-raħlin ħarġu rebbieħa b’dak kollu li akkwistaw filwaqt li l-vot użawh b’mod għaqli u tawh lil min verament jista’ jtejjeb il-qagħda tagħhom bla ingann. Narrattiva li turi lil kulħadd jipprova jinqeda b’ħaddieħor biex jgħix, l-isfortuna ta’ soċjetà li spiċċat f’dan l-istat minħabba l-politikanti.