Laurence Mizzi jikxef l-instabbiltà karatterjali tas-Sur Tonin hekk kif jitmexxa mir-raħlin, lit-tnejn jippruvaw jogħġbu lil xulxin sabiex jakkwistaw kemm jifilħu. Is-Sur Tonin kien lest jinvesti f’kulma jgħidulu sabiex jirbaħ l-attenzjoni filwaqt li Mizzi jenfasizza l-ipokrezija tar-raħlin li jinqdew b’ħaddieħor biex jistagħnew kemm jifilħu.