Laurence Mizzi jippreżenta karattru li jħobb l-attenzjoni u kulma jagħmel kien għal wiċċ in-nies. Dawn tal-aħħar ħadu kull opportunità biex japprofittaw irwieħhom u taw tama falza lill-protagonist, li emmen bis-sħiħ li kien se jirbaħ l-elezzjoni bil-kbir. Narrattiva li tesponi lil kulħadd għatxan jipprova jakkwista kemm jiflaħ biex jgħix anke jekk b’ingann.