Referenza għall-Kuntest (2016) – Atmosfera pożittiva bid-deskrizzjoni tat-tieġ. Il-poeta jqabbel l-għaqda ta’ mħabba bejniethom ma’ Eva u Adam biex jenfasizza l-aspett reliġjuż preżenti f’ħajjithom. (2019) Deskrizzjoni tal-funeral ta’ mart il-poeta bl-użu ta’ lingwaġġ sensorju biex jenfasizza li l-firda seħħet. It-ton malinkoniku juri t-tbatija psikoloġika u emozzjonali tal-poeta tant li jippersonifika l-vojt lura fid-dar u f’qalbu għaliex hija ferm diffiċli li jemmen dak li seħħ.