Referenza għall-Kuntest (2019/IIB/S) – L-ironija tispikka fit-titlu u fil-kartolina fejn tissimbolizza l-iżvilupp tar-relazzjoni bejn il-poetessa u l-maħbub tagħha. Metaforikament il-balla turi r-rabja li biha tesprimi l-versi filwaqt li l-ballun fl-aħħar jenfasizza t-talba għar-ritorn lura tal-maħbub tagħha. Komponiment Letterarju (2020/IIB/S) – Relazzjoni li ltaqgħet ma’ intopp fejn l-imħabba ma kinitx reċiproka u l-poetessa tisfa vittma u mwarrba għalkemm baqgħet preżenti u leali lejn il-maħbub tagħha.