L-istudent isir familjari ma’ mistoqsijiet oħrajn fejn irid jislet l-effetti tal-metafori u l-kuntrast bejn żewġ verbi li jirrappreżentaw ir-relazzjoni. Min-naħa l-oħra t-titli tal-komponimenti letterarji jduru mad-dispjaċir fil-mod kif żviluppat l-imħabba. It-tiġrib tal-ħajja minħabba emozzjonijiet miċħuda u l-mod abbużiv kif il-mara tiġi ttrattata għax hi mara.