Iċ-ċaħda tal-imħabba twassal biex il-poetessa tesprimi kliem iebes fil-konfront tal-persuna l-oħra li mar kontra l-prinċipju tal-imħabba stess. Is-sabiħ inbidel f’turment emozzjonali u psikoloġiku li ħalla lill-poetessa tixxennaq għall-imħabba dejjiema.