Victor Fenech jiġbor l-ewwel erba’ terzini fil-ħames strofa fejn bi kliem oppost juri d-diversi kwalitajiet li persuni differenti jħaddnu. Il-vjaġġ eżistenzjali mhuwiex wieħed faċli u dan mela lill-poeta b’mistoqsijiet mhux imwieġba għaliex it-tiftix personali ma kienx konkluż.