Referenza għall-Kuntest (2015) – Tmiem li juri x-xenqa ta’ laqgħa informali iżda minħabba nuqqas ta’ fiduċja fil-karattru maskili ma rnexxilux ikellem lil Jacqueline. Il-ħsieb fl-aħħar tan-novella huwa ċentrali fil-bidla tal-karattru tiegħu skont kif jiggudikah il-qarrej. Komponiment Letterarju – Mario għamel pass u ltaqa’ ma’ Jacqueline avolja kien irrassenja ruħu li jibqa’ ġuvni. Wieħed jiddubita kif b’karattri daqstant opposti setgħet tinbena relazzjoni.