It-trawma li għaddiet minnha tul ħajjitha tintensifika dakinhar taż-żwieġ tant li titlob bil-ħniena lil San Ġużepp jeħlisha mill-infern. L-aktar ġurnata li stenniet kellha tinbidel f’waħda tal-biża’ u mimlija emozzjonijiet differenti li żgur li ma jixirqux lill-protagonista.