Referenza għall-Kuntest (2017) – Mara ta’ fidi soda, reliġjuża, introverta f’dinja solitarja vittma ta’ ilsien ir-raħlin. Dakinhar taż-żwieġ tesperjenza emozzjonijiet opposti fejn l-istennija tagħha wkoll tinbidel fi tbatija minħabba l-indħil tar-raħlin li jħossu li għandhom jedd fuq ħajjitha. Raħlin bla qalb, insensittivi fejn jneżżgħuha mill-umanità tagħha meta jumiljawha.