In-nostalġija lejn it-tfulija titqanqal fil-versi ta’ Trevor Zahra minn lenti adulta b’kitba sempliċi u mexxejja biex tikkumplimenta l-istess żmien. Tifkiriet marbuta mal-laqgħa ma’ Geraldine li urewh perspettiva differenti tal-ħajja lil hinn min-norma tas-soċjetà. Kitba li għandha bażi morali tajba fit-tranżizzjoni bejn l-innoċenza u ż-żgħożija.