L-uniformità tal-versi u l-mod ta’ kif kull strofa dieħla ‘l ġewwa turi t-tensjoni li hu maħkum biha l-poeta għaliex il-mistoqsijiet eżistenzjali ġew injorati u issa saru ta’ piż kbir. Psikoloġikament Marjanu Vella jħossu mkisser f’biċċiet, beżgħan li qatt ma jsib tarf tal-kobba mħabbla li ħallieha titħabbel.