Achille Mizzi jirrifletti fuq il-bżonn tar-riħ għaċ-ċiklu tan-natura filwaqt li jenfasizza l-metafora tal-ħajja li teħtieġ tiġġedded kontinwament kemm għall-ħlejjaq kif ukoll għall-eżistenza umana. Għalkemm Mizzi jispira ruħu mill-element tan-natura, l-istess riħ jonfoħ b’mod oppost b’funzjonijiet differenti.