Lino Spiteri jippreżenta lil ġara b’saħħitha li għandha s-setgħa li teqred lil Ċensina u lid-deputat. Ġara li tirrappreżenta faxxa tas-soċjetà li tħoss l-ilsien Malti bħala inferjuri filwaqt li topponi t-taħlit soċjali tant li hemm suspett kbir li hi kienet il-moħħ wara l-għajbien ta’ Ċensina.