L-iżvilupp tad-deputat minn karattru ċatt għal dak tond iseħħ meta ħa rwol attiv biex jgħin lil Ċensina. Il-benefiċċji soċjali li kienu tagħha bi dritt ma kinux mogħtija għaliex ma tkelmitx. Vittma ta’ sistemi burokratiċi tal-pajjiż fejn wieħed irid jiġġieled saħansitra għad-drittijiet tiegħu.