Immanuel Mifsud juri kif dak li hu ħaj jinbidel fi kreazzjoni mejta u aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar tiżdied il-qerda. L-egoiżmu tal-ġenerazzjoni preżenti li hija leali lejn il-materjaliżmu u turi li kapaċi tieħu kontroll ta’ kollox. Tneżża’ lin-natura mill-valur tagħha bla indiema. Il-progress li ġab rigress fejn il-ġenerazzjonijiet futuri se jbatu minħabba din l-attitudni insensittiva.