Fuq is-sodda tal-mewt Stella tiżvela s-sigriet li żammet mistur għal 45 sena sħaħ sabiex bintha tkun tista’ tagħti spinta lill-pubblikazzjoni femminili. Lina tweħħel fiha nnifisha li tant kienet aljenata li qatt ma rrealizzat dak li kienet tagħmel ommha bil-moħbi. L-istil interrogattiv u l-lingwaġġ sensorju jintisġu flimkien b’rabta mal-kaxxa tal-pannu.