Clare Azzopardi tiżviluppa n-narrattiva fid-dinja tal-pubblikazzjoni u x-xogħol iebes fl-istampar. Tippreżenta bint b’karattru b’saħħtu bl-idea li tisfida l-ħsibijiet arkajka tal-missier fejn tidħol il-mara fid-dinja tax-xogħol u l-kapaċitajiet tagħha. Bint li ssagrifikat ħajjitha biex tagħti vuċi u opportunità lis-sess femminili f’dominju maskili.