Tmiem in-novella jħalli lill-qarrej b’għadd ta’ mistoqsijiet; Għaliex ommha ħbiet minnha s-sigriet? Missierha kien jaf b’dak li kienet tagħmel Stella bil-moħbi? X’se tagħmel bil-lapes? Se tibdel partijiet minnhom u terġa’ tistampahom? Se tibda tikteb hi stess? Maurice u Lina jibqgħu karattri b’saħħithom u konvinti jwettqu l-ideal tagħhom fil-beraħ għall-kuntrarju ta’ Stella li żammet kollox sottili.