Miktub minn Miriam Schembri Illustrat minn Miriam Schembri Pubblikatur: Merlin Publishers Limited f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Kieku kelli għaġina tal-kulur, x’kont nagħmel biha? L-abċ u l-għaġina tal-kulur iħajjar lit-tfal jilagħbu b’għaġina tal-kulur u jiffurmaw l-ittri tal-alfabett u oġġetti li l-ewwel ħoss tal-kelma li tirrappreżentahom jaqbel mal-ittra li jiffurmaw. B’dan il-mod, waqt li jkunu qegħdin jilagħbu, it-tfal jibdew jagħrfu l-ittri tal-alfabett, jidraw il-forma tal-ittri u permezz tal-istampi jiftakru l-ħoss ta’ kull ittra b’mod pjaċevoli u multisensorjali.