Miktub minn Ruth Frendo Illustrat minn Graziella Farrugia Pubblikatur: Pro Motion LTD f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu Ħames personaġġi b’forom, kuluri u daqsijiet differenti jgħixu fid-Dinja tal-Orsini- post mill-iktar speċjali. Flimkien, jgħaddu minn ħafna avventuri li, permezz tagħhom, il-ħamest iħbieb jesploraw ħajjithom b’mod li jistgħu jifhmuh il-qarejja tfal. Kull storja f’din is-serje twassal għal avventura ‘Orsina’ differenti, li dejjem tgħaddi messaġġ siewi. It-tfal jistgħu jgawdu dawn l-istejjer sew billi jinqrawlhom minn xi adult, kif ukoll jekk jaqrawhom huma stess. Illum l-Orsini jieħdu ritratt flimkien. Imma Anna tant hi twila, li rasha ma tidħolx fir-ritratt. Minbarra hekk, bi żball Anna taqa’ fuq il-kejk. Minħabba li jkun ir-riħ, waħda mill-Orsini tispiċċa fuq il-bejt ta’ dar. Issa x’se jiġri? Tgħid xi ħadd jirnexxilu jsalvaha lil din l-Orsina? L-istejjer tal-Orsini jfittxu li jiftħu l-imħuħ u l-qlub tat-tfal, sabiex juruhom kemm id-dinja tagħna hi tassew sabiħa u maġika!