Miktub u llustrat minn Vojtěch Kubašta Addattat għall-Malti minn Clare Azzopardi Pubblikatur: Merlin Publishers f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu Darba waħda kien hemm … safejn naf jien kienu tliet qżieqeż jgħixu kuntenti flimkien. Imma mbagħad ġiethom l-idea li jibnu dar għal rashom. Kollox kien miexi ħarir sa ma l-lupu l-kattiv iddeċieda li ma jħallihomx fil-kwiet. Ħu gost b’din il-ħrafa klassika li l-artist Ċek Vojtěch Kubašta jirnexxilu jibdel f’waħda innovattiva permezz ta’ illustrazzjonijiet qabbieża li jinfetħu u jingħalqu. Kubašta huwa ta’ ispirazzjoni għall-artisti kollha li jagħmlu l-kotba bl-idejn. Ara ma jaħrabx il-lupu!