Miktub minn Maria Attard Illustrat minn Janet Vella Pubblikatur: Kite Group f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu Kien temp sabiħ, żmien magħruf bħala s-sajf ta’ San Martin u għalhekk ħadd ma stenna li se tagħmel ix-xita. Martin, Katrin, u Filippa kienu fi triqithom lejn il-Baħrija biex jiċċelebraw il-festa ta’ San Martin. Tgħid irnexxielhom jaslu? X’għamlitilhom is-sħaba l-imqarba?