Miktub minn Maria Attard Illustrat minn Janet Vella Pubblikatur: Klabb Kotba Maltin f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu Kulħadd kien qed iħejji għall-Milied. In-nanna bdiet issajjar il-ħelu, Katrin, Martin u Filippa marru l-purċissjoni tal-Bambin, l-anġli bdew ikantaw u l-istilel bdew jiddu. Is-sħaba l-imqarba wkoll bdiet tħejji ruħha, imma ma kellhiex pjanijiet sbieħ. Tgħid x’kienet biħsiebha tagħmel? Irnexxielha ttellef il-ferħ u l-paċi ta’ dan il-lejl imqaddes?