Storja meħuda mill-ktieb “U Għexu Kuntenti Għal Dejjem”” Miktub minn Ruth Frendo Illustrat minn Fleur Sciortino u Daniel Mercieca Pubblikatur: Write Deal Association f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu Żrinġijiet jitkellmu, fatatini jtiru, sħaħar li jinbidlu f’serp… Dettalji fi stejjer li żgur li xi ħin jew ieħor, qrajniehom jew smajniehom. Imma żomm… Prinċipessa li ssalva lill-Prinċep? Din fejn qatt rajnieha? U għaliex le? F’dan il-ktieb qed noffrulek verżjoni friska ta’ ħrafa li hi popolari madwar id-dinja. Imma mhux biss. Dan għax il-leġġenda tieħu l-ħajja grazzi għar-realtà maħluqa!