Fil-ħarsa ta’ Rużann ‘l quddiem (pġ 81/82/83) jibda jirrakkonta Francis Ebejer. Fi tliet paġni għandna l-protagonista li l-ideal tagħha kellu jispira lid-dixxendenti sabiex ikomplu jwittu t-triq għal pajjiż sovran b’opportunitajiet għall-Maltin. Rużann hija l-moħħ, il-qalb u l-idejn tal-Maltin sabiex jigglorifikaw l-identità Maltija.