Il-bidla kienet meħtieġa fuq livell soċjali, daqstant il-familji nobbli fuq din l-art kellhom jaġġornaw u ma jibqgħux marbuta ma’ ideali li fl-Ewropa ma baqgħux b’saħħithom. Sfortunatament il-Maltin ma fehmux il-progress minħabba li mentalment kienu aljenati bit-tmexxija tan-nobbli li għalkemm kienu jbatu kellhom serħan il-moħħ. (pġ 81)