Il-Ħarsa ta’ Ġina tgħaddi għand bintha Luċija, dik li tirrappreżenta l-enerġija żagħżugħa b’ħafna ideat moderni għall-futur. Iż-żewġ dixxendenti femminili ta’ Rużann jesperjenzaw il-festi tar-Repubblika. Ir-rumanzett ma jispiċċax għaliex aħna ulied Rużann li għandna nibqgħu determinati neliminaw l-inġustizzji u naraw li kulħadd jitqies ugwali u għandu l-istess opportunitajiet. (pġ 120/121)