Ġina kienet l-aktar fost id-dixxendenti li tħoss il-preżenza u l-gwida ta’ Rużann f’ħajjitha. Fis-sub-konxju tagħha kienet taf li hemm persuna takkumpanjaha tieħu l-aħjar deċiżjonijiet sabiex ixxejjen l-isfruttament li ssawwar minħabba l-gwerra. Ir-rabta man-natura primittiva fuq l-irdum ta’ Ħad Dingli turi r-rabta mal-antenata ewlenija tagħha: Rużann. (pġ 118)