Il-Ħarsa f’għajnejn Ġina (pġ 115/116): Ġina tirrappreżenta r-ruħ bħala artista li bl-arti tagħha ssawwar kwadri tal-progress li għamlet Malta u niesha. Progress imtappan bit-Tieni Gwerra Dinjija fejn kellha missjoni sabiex l-ideal ta’ Rużann jitkompla. Ħidma diretta fis-soċjetà sabiex jieqfu l-inġustizzji li ssawru bil-gwerra stess.