Il-Baruni Mark-Antonin ħabb lil Rużann, daqstant lill-Maltin u arthom. Iddispjaċieh li ma fehmuhx u tnisslu dubji serji fi ħsibijietu jekk wara kollox setax ixejjen il-klassijiet soċjali. Fl-aħħar mill-aħħar it-taħlit bdieh hu stess bir-relazzjoni sigrieta ma’ Rużann. (pġ 78/79/80)