Awtur: Patricia Gatt Deskrizzjoni: Jay iż-Żebra. Mighty Red il-margun (li hu tip ta’ għasfur). Bernie l-Ors. Jew l’avi del Barça (in-nannu ta’ Barca). F’din is-sessjoni se nsiru nafu aktar dwar id-diversi maskots ta’ wħud mill-iktar klabbs famużi tal-futbol. Il-maskots jgħinu biex jippromwovu l-valuri u l-immaġni ta’ klabb. Huma maħbuba ħafna mill-partitarji għax jgħinu biex tinħoloq atmosfera ferriħija fil-grawnd. Fl-attivita’ ta’ wara l-qari se noħolqu maskot għat-tim favorit tagħna.